Żjarat ta' studju 

L-għan ta' dawn iż-żjarat huwa li ċ-ċittadini tan-nazzjonalitajiet kollha li jkollhom minn tal-anqas 18-il sena jingħataw opportunitajiet għal studju aktar dettaljat dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Jingħataw ukoll il-possibilità li jagħmlu r-riċerka fil-librerija jew fl-arkivji storiċi tal-Parlament Ewropew.

Żjara ta' studju tista' ddum massimu ta' xahrejn. Kull min ikun diġà għamel żjara ta' studju, traineeship jew kuntratt ta' impjieg mal-Parlament Ewropew għandu jistenna sitt xhur qabel ma japplika. Bl-istess mod, kandidat li jkun temm żjara ta' studju jrid jistenna sitt xhur qabel japplika għal traineeship.

L-applikazzjonijiet għal żjara ta' studju għandhom isiru permezz ta' email lil PERS-Studyvisit@ep.europa.eu  minn tal-inqas xahar qabel il-jum maħsub taż-żjara, billi jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:

  1. dikjarazzjoni personali b'informazzjoni dettaljata dwar is-suġġett speċifiku relatat mal-integrazzjoni Ewropea li l-kandidati jixtiequ jistudjaw matul iż-żjara, il-mezzi li jixtiequ jużaw (konsultazzjoni ta' dokumenti fil-libreriji jew l-arkivji tal-Istituzzjoni jew kuntatti ma' uffiċjali speċjalizzati) u d-dati speċifiċi li matulhom jixtiequ jagħmlu ż-żjara ta' studju. Il-kandidati għandhom ukoll jindikaw eżattament f'liema DĠ u direttorat/unità/servizz jixtiequ jagħmlu ż-żjara ta' studju. L-organigramma tas-Segretarjat tal-Parlament Ewropew tista' tiġi kkonsultata permezz tal-link li ġej: /the-secretary-general/en/organisation 
  2. curriculum vitae (b'indirizz postali, għal finijiet amministrattivi).
  3. kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport validi
  4. ċertifikat tar-rekord kriminali jew, soġġett għal qbil minn qabel tal-awtorità kompetenti, ittra ta' referenza maħruġa minn istituzzjoni edukattiva jew minn impjegatur, li tagħti prova tal-imġiba tajba tal-kandidati b'referenza għall-perjodu ta' studju jew impjieg li jkunu għamlu l-kandidati tul l-aħħar tnax-il xahar qabel ma ressqu l-applikazzjoni.

Ladarba jkun ġie vverifikat li d-dipartimenti jew il-korpi rilevanti tal-Parlament Ewropew jistgħu jakkomodaw il-viżitaturi għal skopijiet ta' studju, dawn jiġu informati jekk l-applikazzjoni tagħhom irnexxietx.

Bi qbil mar-regoli fis-seħħ, il-Parlament Ewropew ma jagħmel tajjeb għall-ebda spiża, ta' kwalunkwe natura, magħmula mill-viżitaturi għal skopijiet ta' studju.

Contact: 

  • Parlament Ewropew- Żjarat ta' studju 
    Contact data:  
    • Address:

      Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed jirreġistra għal żjara ta' studju wieħed jista' jikkuntatja l-uffiċċju li jidher hawn taħt:

    • PERS-Studyvisit@ep.europa.eu