Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

David McAllister David McAllister
AFET Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba fis-sit tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew (AFET).

Fost l-għadd dejjem jikber ta' sfidi u opportunitajiet li qed niffaċċjaw barra l-Unjoni Ewropea, il-71 Membru ta' dan il-Kumitat jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE. Il-Kumitat AFET jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha u jimmonitorja kif il-fondi tal-azzjoni esterna mill-UE qed jintefqu madwar id-dinja. L-approvazzjoni tagħna hija meħtieġa wkoll għal ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-UE.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għandu l-għan li jiżgura li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem ikunu garantiti fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE. Se nibqgħu nkunu forza mexxejja tal-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, li jappoġġja l-ftuħ, il-ġustizzja u r-riformi meħtieġa madwar id-dinja. Azzjoni esterna b' saħħitha tal-UE hija essenzjali għad-demokrazija, il-prosperità u s-sigurtà fil-kontinent tagħna.

Nistiednek tiċċekkja l-aħbarijiet u l-avviżi fuq dan is-sit biex tiskopri aktar dettalji dwar il-ħidma kontinwa tagħna u ssegwi l-laqgħat tagħna permezz ta' streaming dirett.

David McAllister
Kuntatti

Brussels Strasbourg