Kelmtejn ta' mer?ba

Portrait of Ms Ingeborg Gräßle, CONT Chair
Ms Gräßle_portrait_15-04-13_web.jpg © European Parliament
Merħba fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew! Jien il-President tal-Kumitat għal-Kontroll tal-Baġit u wieħed minn 30 MEPs minn 17-il Stat Membru tal-UE li jagħmlu parti mill-kumitat f''din il-leġislatura. Il-kumitati tal-Parlament normalment jiltaqgħu darba jew darbtejn f''xahar.

Aħna niċċekkjaw kif intefqu l-flus tal-baġit tal-UE (madwar EUR 130 biljun fis-sena). Il-parti l-kbira tal-baġit titmexxa mill-Kummissjoni Ewropea li tuża l-l-aktar fondi: 80 % fl-Istati Membri u madwar 13 % f''postijiet oħra fid-dinja. Is-7 % li jibqgħu huma maħsuba għal spejjeż purament amministrattivi. Aħna nivverfikaw jekk il-fondi ġewx użati b''mod konformi mar-regoli u jekk l-objettivi politiċi ġewx milħuqa. Fi kliem ieħor, jekk iċ-ċittadini humiex qed jiksbu valur miżjud effettiv għall-flus li jħallsu.

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jirrapporta wkoll dwar l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi u l-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Lussemburgu. Barra minn dan, nieħdu ħsieb aspetti orizzontali tal-leġiżlazzjoni Ewropea.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Lussemburgu hija punt ta'' riferiment importanti għalina u r-rapporti tagħha jikkostitwixxu bażi importanti għax-xogħol tagħna.

Il-ġestjoni finanzjarja hija indikatur: jekk ma tiffunzjonax, dan ifisser li ma jiffunzjonawx ukoll ħafna affarijiet oħra.

Tista'' ssib aktar informazzjoni fuq il-websajt tagħna. Jekk intom interessati ikkuntattjawna!

Tislijiet,
Inge Gräßle