Kelmtejn ta' mer?ba

Linda McAvan
© European Union 2014 - EP © European Union 2014 - EP
Nilqgħuk fis-sit tal-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE). F''Lulju 2014 kelli l-unur li ninħatar President tal-Kumitat.

Kważi biljun ruħ madwar id-dinja jgħixu f''faqar estrem. Ħafna aktar nies qed iħabbtu wiċċhom mal-ġuħ u l-mard, jew m''għandhomx aċċess għall-kura tas-saħħa jew għall-edukazzjoni. Madankollu, l-isforzi għall-iżvilupp globali, skont il-qafas tal-Għanijiet ta'' Żvilupp tal-Millenju, wasslu għal progress evidenti, u dan l-aħħar rajna lil miljuni ta'' persuni jitneħħew mill-faqar. Madankollu, fl-istess ħin qed naraw ukoll żieda fl-inugwaljanzi u jeħtieġ li nsibu modi biex it-tkabbir ekonomiku jkunu jistgħu jgawdu minnu aktar persuni.

Il-kontribut tal-UE għall-appoġġ tal-iżvilupp huwa essenzjali, u l-appoġġ parlamentari u l-iskrutinju huma elementi importanti. Il-Kumitat tagħna jipparteċipa fit-teħid ta'' deċiżjonijiet rigward il-baġit għall-infiq tal-UE fl-għajnuna, isegwi mill-qrib il-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u dawk kollha li jużaw il-fondi għall-għajnuna tal-UE, u jinsisti biex ikun hemm koordinazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi u l-aġenziji donaturi. Aħna nipparteċipaw fit-tfassil tal-liġijiet li jikkostitwixxu l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE. Niltaqgħu wkoll ma'' uffiċjali, partijiet interessati u esperti mid-dinja kollha sabiex niddiskutu soluzzjonijiet u nisimgħu dak li verament hemm bżonn fl-oqsma ta'' interess tagħna. Nistiednek tiċċekkja regolarment l-aħbarijiet u l-avviżi, tikkonsulta d-dokumenti tal-laqgħat jew issegwi wkoll il-laqgħat tal-Kumitat b''xandira diretta.

Linda McAvan