Kelmtejn ta' mer?ba

Presentation of the Subcommittee on Human Rights by its Chair Pier Antonio Panzeri.
Interview with Pier Antonio Panzeri - DROI chair © European Parliament
Merħba bik fis-sit tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew li, minn meta ġie rikostitwit fl-2004, sar pjattaforma Ewropea importanti għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

Is-Sottokumitat, imsejjaħ ukoll id-DROI, jorganizza smigħ u diskussjonijiet dwar kull xorta ta’ kwistjonijiet rigward id-drittijiet tal-bniedem. Bħala riżultat ta’ dawn id-dibattiti, aħna nadottaw rapporti u riżoluzzjonijiet, biex b’hekk nikkontribwixxu għad-dibattitu internazzjonali dwar suġġetti bħall-piena kapitali, it-tortura jew il-ġlieda kontra l-impunità. Barra minn hekk, aħna nippruvaw nirreaġixxu malajr kemm jista’ jkun għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja billi nagħtu leħen lil dawk l-aktar milquta.

Ir-Rapport Annwali, dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja, jitfassal ukoll mid-DROI. Element ewlieni ieħor tal-ħidma tagħna huwa l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li jingħata f’Diċembru ta’ kull sena lil individwi jew organizzazzjonijiet li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Fl-2013, se niċċelebraw il-25 anniversarju tiegħu.

Minn fuq il-websajt tista’ ssewgi l-laqgħat tagħna onlajn u tniżżel id-dokumenti kollha. Tabilħaqq, għalina huwa importanti ħafna li nagħtuk aċċess għal ħidmitna, minħabba li napprezzaw kull kontribut u tagħrif aġġornat mingħand id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadini u l-NGOs.