Kelmtejn ta' mer?ba

Presentation of the Committee on Industry, Research and Energy by its Chair Jerzy Buzek.
Interview with Jerzy Buzek - ITRE chair © European Parliament
Peress li l-iskop predominanti tiegħu hu r-reindustrijalizzazzjoni, il-Kumitat ITRE se jkollu erba'' oqsma prijoritarji fuq xiex jikkonċentra.

L-ewwel nett, irridu niżguraw li l-qafas ġuridiku u ekonomiku tal-UE jippermetti li s-settur industrijali Ewropew isir aktar innovattiv. Dan se jirrikjedi l-adattament u l-mobilizzazzjoni tal-programmi tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-edukazzjoni sabiex jirrispondu effettivament għall-ħtiġijiet reali tal-industrija.

It-tieni nett, il-politiki tal-UE jridu jagħtu spinta lill-iżvilupp u lit-tkabbir tal-impriżi żgħar u ta'' daqs medju Ewropej. L-għajnuna biex jissaħħu l-impriżi żgħar u ta'' daqs medju tinvolvi kemm il-finanzjament, kif ukoll l-aċċessibilità tal-programmi ta'' riċerka, l-iskemi ta'' taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet jew il-leġiżlazzjoni fiskali.

It-tielet qasam prijoritarju tagħna hu l-bini ta'' suq diġitali tassew Ewropew li jġib miegħu l-vantaġġi ta'' skala biex inaqqas l-ispejjeż u jixpruna l-innovazzjoni mill-impriżi tal-Ewropa. L-istorja kemm tal-Kumitat ITRE u kemm tal-Parlament kollu kemm hu tixhed ir-riżultati pożittivi ħafna f''dan il-qasam – u aħna, b''leġiżlazzjoni ġdida, se nkomplu nagħmlu passi ''l quddiem.

L-aħħar element, għalkemm forsi hu l-aktar importanti, hu li l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-politika komuni tal-UE dwar l-enerġija se jkun prijorità fundamentali għalina. Hu biss permezz tas-sigurtà enerġetika li nistgħu nagħmlu l-ekonomija tagħna kompetittiva fuq livell globali u nevitaw li tmur lura.

L-objettiv tagħna hu li nġibu lill-ekonomija Ewropea lura fit-triq tat-tkabbir, u li dan nagħmluh b''mod sostenibbli. L-Ewropa rridu nagħmluha post aħjar fejn ngħixu.