Kelmtejn ta' mer?ba

© European Parliament
Bħala President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) għandi pjaċir nilqagħkom f''din il-paġna.

Il-Kumitat LIBE huwa responsabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-leġiżlazzjoni u s-superviżjoni demokratika tal-Ġustizzja u l-politiki tal-Affarijiet Interni. Filwaqt li jagħmel dan, huwa jiżgura r-rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-Kumitat tagħna jwettaq il-ħidma tiegħu f''interazzjonijiet ta'' kuljum mal-Kummissjoni Ewropea (li tirrappreżenta l-interessi Ewropej), il-Kunsill tal-Ministri (li jirrappreżenta l-gvernijiet tat-28 Stat Membru u l-interessi nazzjonali) u f''kooperazzjoni mill-qrib ma'' parlamenti nazzjonali. Isiru wkoll skambji regolari ma'' rappreżentanti mill-ġudikatura, mal-awtoritajiet ta'' infurzar tal-liġi, ma'' akkademiċi u mas-soċjetà ċivili.

Filwaqt li jirrispettaw l-ordni legali nazzjonali, il-politiki tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni huma mmirati sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta'' interess komuni fil-livell Ewropew, pereżempju: il-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali u kontra t-terroriżmu, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-garanzija tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza f''era diġitali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali.

Il-Kumitat LIBE jagħmel ħiltu kollha biex ikompli jibni djalogu fertili mal-partijiet kollha interessati u speċjalment maċ-ċittadini.