Kelmtejn ta' mer?ba

Anna Fotyga, Chair of the Subcommittee on Security and Defence
Anna Fotyga, Chair of SEDE © European Union 2014
Il-paċi u s-sigurtà tagħna, li qatt m''għandhom jiġu sottovalutati, kulma jmur qed jiġu aktar mhedda minn avvenimenti li qed iseħħu kemm fuq l-għatba tagħna kif ukoll aktar ''l bogħod.  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi l-bażi legali għal azzjoni effettiva mill-Istati Membri biex jindirizzaw dawn it-theddidiet fil-viċinat tal-UE.

Mit-twaqqif tal-Politika ta'' Sigurtà u ta'' Difiża Komuni (PSDK) fl-1990 sat-30 missjoni ċivili u militari mwettqa minn dak iż-żmien, l-UE kkontribwiet għall-istabilità u għenet biex tinżamm il-paċi fil-Balkani, fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. Fl-2013 il-mexxejja tal-UE nedew pjan ta'' azzjoni għal kapaċitajiet aktar effettivi u impetus ġdid għall-PSDK, filwaqt li enfasizzaw ir-relazzjoni importanti tagħna man-NATO.

Is-sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE) stabbilixxa lilu nnifsu bħala forum ċentrali għat-trawwim tad-dibattitu u biex jiġu eżaminati l-iżviluppi tal-PSDK f''termini ta'' istituzzjonijiet, kapaċitajiet u operazzjonijiet. Huwa għodda essenzjali biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-PSDK ikunu marbuta li jagħtu rendikont u biex il-politika tinfthiem miċ-ċittadini tal-UE.

F''din it-tmien leġiżlatura, is-SEDE se jkompli janalizza bir-reqqa l-PSDK, filwaqt li jaċċerta li jirrispondi malajr u b''mod effettiv għall-isfidi ġodda u dawk eżistenti għas-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

Anna Fotyga
SEDE Chair