Preżentazzjoni

Id-Dipartimenti Tematiċi

Id-dipartimenti tematiċi jikkonsistu f'ħames unitajiet responsabbli għall-forniment - kemm internament kif ukoll esternament - ta' għarfien espert, analiżi u parir dwar il-politika, li jkunu independenti u ta' livell għoli, fuq talba tal-kumitati u ta' entitajiet parlamentari oħra (delegazzjonijiet, il-President, il-Bureau, is-Segretarju Ġenerali). L-għarfien espert tagħhom ikopri l-oqsma kollha ta' attività tal-Parlament Ewropew. Huma involuti mill-qrib fix-xogħol tal-kumitati, li huma jgħinu fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni dwar il-politiki tal-UE u fl-eżerċizzju tal-iskrutinju demokratiku tal-politiki tal-UE.
Permezz tat-tisħiħ tal-kuntatti mal-komunità akkademika u gruppi ta' riflessjoni akkademiċi, kumpaniji legali u entitajiet ta' konsulenza speċjalisti, u permezz ta' qafas ta' netwerk informali bejn esperti interni u esterni, il-persunal tad-dipartimenti tematiċi regolarment jaġġorna l-għarfien tekniku u legali tiegħu.

Riżultati:
Ir-riżultati tad-dipartimenti tematiċi, ifformulati bil-miktub, fil-parti l-kbira mħejjija fuq talba ta' kumitat jew delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, huma magħmula minn firxa wiesgħa ta' dokumenti, inkluż studji, rapporti ta' analiżi dettaljata speċifiċi għall-pajjiż jew għat-tema, dokumenti ta' tgħarrif li jeżaminaw kwistjonijiet ta' importanza strateġika, kif ukoll noti li jikkonsistu f'analiżi qasira orjentata lejn l-UE ta' avvenimenti jew żviluppi reċenti.
Id-dipartimenti tematiċi jfasslu wkoll l-Iskedi Informattivi dwar l-UE , li jipprovdu ħarsa ġenerali tal-integrazzjoni Ewropea u l-kontribut tal-Parlament Ewropew għal dak il-proċess.
Dokumenti oħra miktuba mid-Dipartimenti Tematiċi jinkludu noti ta' sfond u punti għat-taħdit għall-użu tal-awtoritajiet politiċi tal-Parlament Ewropew.
Fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-koordinaturi tal-kumitati parlamentari, id-dipartimenti tematiċi jikkummissjonaw u jissorveljaw ukoll studji magħmula minn riċerkaturi u esperti esterni.

Avvenimenti:
Id-dipartimenti tematiċi jorganizzaw avvenimenti li jsaħħu l-kapaċità analitika tal-Parlament u jiżviluppaw approċċi komuni għal kwistjonijiet politiċi attwali.
Permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma organizzati mid-dipartimenti tematiċi, gruppi ta' esperti jippreżentaw għarfien espert independenti permezz ta' rapporti bil-miktub u orali.
Panels ta' esperti jinħatru sabiex jipprovdu lill-membri b'kontributi bil-miktub u biex jagħtu tagħrif għad-dibattiti parlamentari waqt il-laqgħat.
L-istudji li jfasslu d-dipartimenti tematiċi ġeneralment ikunu ppreżentati waqt il-laqgħat tal-kumitat.

Skrutinju:
Id-dipartimenti tematiċi jipprovdu għajnuna ta' riċerka biex isaħħu l-kapaċità tal-Parlament Ewropew biex jimmonitorja n-negozjati tal-UE u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali, p.e. ftehimiet kummerċjali. Huma żviluppaw ukoll metodoloġija interna biex jeżaminaw bir-reqqa proġetti ffinanzjati mill-UE.

Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika

L-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika żżomm lill-MPE informati dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-governanza ekonomika u tas-superviżjoni bankarja fl-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro.

Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew

Id-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew fi ħdan is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) jipprovdi riċerka marbuta ma' diversi aspetti ta' evalwazzjoni ex-ante jew ex-post tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE.

L-Unità tal-Prospettiva Xjentifika (STOA) twettaq riċerka interdixxiplinari u tipprovdi parir strateġiku fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-alternattivi tax-xjenza u t-teknoloġija u l-prospettiva xjentifika. Hija tagħmel studji dettaljati u torganizza sessjonijiet ta' ħidma dwar żviluppi f'dawn l-oqsma, taħt il-gwida tal-Panel tal-STOA ta' 24 MPE.

Other sources

Workshops

is-sessjonijiet ta' ħidma jippermettu lill-Membri jressqu mistoqsijiet u jkollhom skambji ta' fehmiet ma' esperti dwar suġġetti marbuta mal-ħidma parlamentari jew suġġetti ta' interess attwali.
Paġni ta' tagħrif dwar l-UE

The Fact Sheets provide an overview of European integration and of the European Parliament's contribution to that process.
STOA

Il-Valutazzjoni ta' Opzjonijiet ta' Politika Xjentifika u Teknoloġika għall-Parlament Ewropew
Think Tank

The Think Tank page provides access to all the expertise sources available in the Parliament.