Kelmtejn ta' mer?ba

Chair of TAX3 Special Committee
Petr Jezek, Chair of TAX3 Special Committee © European Parliament
Merħba bik fis-sit tal-Kumitat TAX3 tal-Parlament Ewropew!

Wara r-rivelazzjonijiet kontinwi f''dawn l-aħħar ħames snin (Luxleaks, Panama Papers, Football leaks u Paradise papers), il-Parlament Ewropew iddeċieda li jistabbilixxi Kumitat speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3), fl-1 ta'' Marzu 2018.

Ġustizzja tat-taxxa u kompetizzoni ġusta tat-taxxi huma essenzjali, mhux biss għas-Suq Uniku Ewropew imma wkoll fil-livell dinji. Fl-aħħar ftit snin, il-Parlament Ewropew semma leħnu sewwa u kien influwenti f''dan il-qasam. L-aspirazzjoni tiegħi hija li l-Kumitat TAX3 jkompli jibni fuq ix-xogħol tal-predeċessuri tiegħu (il-Kumitati TAXE, TAX2 u PANA) u jibda jinvestiga kwistjonijiet ġodda, bħalma huma t-tassazzjoni diġitali, programmi nazzjonali ta'' ċittadinanza u l-frodi tal-VAT. Fi tmiem il-leġiżlatura, il-Kumitat tagħna għandu jibgħat messaġġ ċar u qawwi liċ-ċittadini u lin-negozji tagħna, biex juri li l-Parlament Ewropew għandu rwol importanti u huwa vitali fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa.

Tul il-mandat ta'' tnax-il xahar tal-Kumitat, il-45 membru sħiħ u l-45 membru sostitut tiegħu se jkollhom l-opportunità jeżaminaw u jivvalutaw jekk ikunx sar aktar progress f''dan il-qasam.

Sejrin norganizzaw seduti ta'' smigħ ma'' esperti u missjonijiet għall-ġbir tal-informazzoni, se nistiednu xhieda, nitlobu informazzjoni konfidenzjali u neżaminawha. Fi tmiem il-perjodu ta'' tnax-il xahar, nissottomettu rapport bis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

Għaldaqstant nistiednek issegwi l-ħidma tal-Kumitat tagħna mill-qrib permezz ta'' dan is-sit, fejn issib dokumenti tal-laqgħat, links għall-webstreaming u l-bullettin ta'' aħbarijiet regolari tagħna.

Nawguralek żjara siewja f''dan is-sit.

Petr JEŽEK