Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

Nagħtik merħba fil-Kumitat għall-Baġits, li huwa l-privileġġ tiegħi li jiena l-President tiegħu. Fil-Kumitat niltaqgħu regolarment biex niddiskutu, nemendaw u nħejju l-adozzjoni tal-baġits annwali u pluriennali tal-UE, li jipprovdu finanzjament għall-politiki u l-programmi ewlenin.

Wieħed mill-kompiti ewlenin tagħna huwa li ninnegozjaw u nadottaw il-baġit annwali tal-UE. Bħala President, inwiegħed li nuża l-enerġija u l-esperjenza kollha tiegħi biex nara li nkunu mgħammra b'baġit li jħares lejn il-futur u li jiffoka fuq l-isfidi komuni li qed tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà tagħna.

Filwaqt li nibnu fuq il-ħidma mwettqa fl-ewwel nofs ta' din il-leġiżlatura, ser naħdmu ħafna biex niskrutinizzaw u niżguraw l-għoti ta' qafas baġitarju tal-UE għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 kif ukoll l-appoġġ bla preċedent ipprovdut permezz tal-istrument għall-irkupru, NextGenerationEU. Aspett ewlieni tal-ħidma tal-kumitat huwa li jiskrutinizza l-infiq mill-Istati Membri permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Ser infittxu wkoll li niżguraw li l-baġit jibbenefika minn flussi ġodda ta' dħul permezz ta' riżorsi proprji ġodda.

Ser naffrontaw għadd ta' kwistjonijiet importanti oħra, bħad-dimensjoni baġitarja tal-proposti leġiżlattivi maħsuba biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra tal-UE b'mill-inqas 55 % sal-2030.

Trid tkun taf aktar? F'dan is-sit web issib minjiera ta' informazzjoni. Toqgħodx lura! Ipparteċipa f'waħda mil-laqgħat tagħna jew agħmel kuntatt magħna.

Bl-isbaħ xewqat tiegħi,

Johan Van Overtveldt

Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Brussels Strasbourg

Links