Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

Monika HOHLMEIER Monika HOHLMEIER
CONT Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba bik fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit! F'Lulju 2019, ġejt eletta President ta' dan il-Kumitat, li fih naħdem flimkien ma' 29 kollega minn 16-il pajjiż għal kontroll effikaċi tal-baġit tal-UE.

Aħna nivverifikaw u nissorveljaw l-użu korrett tal-baġit (madwar EUR 166 biljun fl-2019) skont l-għanijiet tiegħu. Fil-parti l-kbira, ir-responsabbiltà ewlenija għall-ġestjoni tal-baġit hija f'idejn il-Kummissjoni Ewropea, li tqassam is-somma prinċipali tal-fondi kollha. Madwar 80% tal-flus imorru għand l-Istati Membri tagħna, madwar 13% jiġu investiti u madwar 7% jmorru għall-amministrazzjoni.

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit huwa assistit fil-ħidma tiegħu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fil-Lussemburgu. Il-kompiti tagħna jħaddnu wkoll l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Aħna involuti fil-leġiżlazzjoni kollha li tinvolvi kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni xierqa tal-baġit tal-UE, kif ukoll mal-interessi finanzjarji tal-UE. Barra minn hekk, naħdmu favur Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'saħħtu

Eżamina ċ-ċifri, għaliex huma ħwejġek. Ġestjoni finanzjarja tajba twassal għaċ-ċertezza, il-fiduċja u l-affidabbiltà.

Dejjem tiegħek, Monika Hohlmeier
Kuntatti

Brussels Strasbourg