Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

Newly Elected Chair of CULT Committee
CULT Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba fis-sit web tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Hawnhekk issib tagħrif dwar il-ħidma tagħna, bħall-aġendi tal-laqgħat, l-abbozzi tar-rapporti u l-emendi, kif ukoll dettalji dwar il-Membri tal-Kumitat, inkluż kif tikkuntattjahom. Tista' wkoll issegwi l-laqgħat tagħna live permezz tal-webstreaming.

Il-Kumitat tagħna huwa responsabbli għall-aspetti kulturali kollha tal-Unjoni bħat-tixrid tal-kultura, il-wirt kulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll l-edukazzjoni, il-politika awdjoviżiva, il-politika fil-qasam tal-informazzjoni u tal-midja, l-aspetti kulturali u edukattivi tas-soċjetà tal-informazzjoni, taż-żgħażagħ u tal-isport.

Il-Parlament Ewropew għandu rwol ekwivalenti għal dak tal-gvernijiet tal-Istati Membri fl-adozzjoni ta' liġijiet il-ġodda u fis-superviżjoni tal-programmi tal-Unjoni f'dawn l-oqsma. F'dan ir-rigward, il-Kumitat tagħna huwa responsabbli għall-programm Erasmus + għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, għall-programm Ewropa Kreattiva li jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u għall-programm Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Il-Kumitat jorganizza wkoll regolarment seduti ta' smigħ pubbliċi biex jiġbor evidenza minn esperti fil-qasam tal-kompetenza tiegħu.

Huwa unur li tkun President ta' dan il-Kumitat, u nittama li dan is-sit web se jgħinek issegwi l-ħidma tiegħu.

Sabine Verheyen
President, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti