Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

DEVE Chair DEVE Chair
DEVE Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba bikom fis-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE), li minn Lulju 2019 għandi l-unur nippresjedi.

Fil-kumitat tagħna, sostenitur tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-għanijiet globali li qablu fuqhom l-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015, isiru diskussjonijiet u jittieħdu deċiżjonijiet dwar uħud mill-aktar kwistjonijiet urġenti li l-umanità għandha quddiemha.

Filwaqt li l-inizjattivi ta' żvilupp ikkontribwew biex titjieb il-ħajja ta' miljuni ta' persuni (naqsu l-faqar estrem u l-mortalità infantili), hemm ukoll tendenzi li jqajmu tħassib kbir, bħaż-żieda fil-ġuħ, it-telf allarmanti tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima li issa qabad sew, kif ukoll il-kooperazzjoni multilaterali li qed tisfa mhedda. Il-kunflitti u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ġiegħlu għadd dejjem akbar ta' nies jiċċaqalqu u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma dawk li ntlaqtu l-aktar. L-appoġġ bis-saħħa tal-għajnuna umanitarja kif ukoll l-indirizzar tal-kawżi profondi u l-kontribut għall-iżvilupp fit-tul huma esiġenzi umani li wkoll jinteressawna.

Fl-2019, iċ-ċittadini tal-UE lill-Parlament tagħna fdawlu mandat b'saħħtu u ma jiqfux juru appoġġ sod lill-UE biex tittratta l-isfidi relatati mal-iżvilupp globali permezz tal-kooperazzjoni Ewropea.

Il-kontribut tal-Unjoni Ewropea lill-iżvilupp sostenibbli globali huwa kruċjali u l-Parlament tagħna jiżvolġi rwol fundamentali meta jiġi deċiż il-baġit għall-infiq fuq l-għajnuna tal-UE, u jżomm taħt għajnejh lill-Kummissjoni Ewropea u lil dawk kollha involuti fl-użu tal-fondi tal-UE u fit-tiswir tal-politiki tal-UE li jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Nipparteċipaw fit-tfassil tal-liġijiet li jirregolaw l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE.

Nistedinkom taraw regolarment l-aħbarijiet u l-avviżi fis-sit web tagħna, tikkonsultaw id-dokumenti tal-laqgħat u ssegwu dirett il-laqgħat tal-kumitat tagħna hekk kif ikunu għaddejjin.

Tomas Tobé
Kuntatti