Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

Maria Arena, Chair, Subcommittee on Human Rights (DROI) Maria Arena, Chair, Subcommittee on Human Rights (DROI)
DROI Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba fis-sit web tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew.

Fid-dinja tal-lum fejn id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jinstab taħt theddida b'mod kostanti, l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata bis-sħiħ fil-protezzjoni u l-promozzjoni tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tagħha.

Il-Parlament Ewropew u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) tiegħu jqajmu kuxjenza dwar sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, jinvolvu ruħhom ma' firxa wiesgħa ta' interlokuturi u jissorveljaw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjonijiet esterni tal-UE, b'enfasi miżjuda fuq l-iżgurar tal-koerenza bejn il-politiki esterni kollha tal-Unjoni (pereżempju l-politika kummerċjali, dik tal-asil u tal-migrazzjoni) u l-politika tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

Wieħed mir-rwoli ewlenin tiegħu huwa fil-fatt li jwettaq skrutinju fuq l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-impatt u l-kontribuzzjoni tagħha fil-promozzjoni effettiva tar-rispett għall-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab.

Permezz ta' skambji ta' fehmiet, studji u rapporti, missjonijiet f'pajjiżi sħab kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem u segwitu għar-riżoluzzjonijiet ta' urġenza, is-Sottokumitat ser jagħmel ħiltu biex jindirizza żieda kostanti fl-isfidi u l-kunflitti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, jibni fehim komuni u jesplora modi possibbli ta' titjib u azzjoni.

Il-laqgħat tagħna huma huma trażmessi fuq is-sit web u tista' ssegwina fuq Twitter @EP_HumanRights

Maria Arena
President
Kuntatti