Please fill this field

Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

ENVI Chair Pascal Canfin ENVI Chair Pascal Canfin
ENVI Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba fis-sit tal-Kumitat ENVI.

B'81 Membru, il-Kumitat ENVI llum huwa l-akbar Kumitat fil-Parlament Ewropew. Dan huwa simbolu qawwi u sinjal ċar li jenfasizza l-ħtieġa li l-UE timxi 'l quddiem aktar malajr u b'aktar ambizzjoni biex tiġġieled it-tibdil fil-klima.

Matul dan il-mandat, se naħdmu lejn il-ħolqien ta' qafas leġiżlattiv biex sal-2050 tinkiseb in-newtralità tal-karbonju fl-Ewropa. Se nagħmlu sforz favur ftehim ekoloġiku ambizzjuż li għandu jiġi propost liċ-ċittadini Ewropej kollha biex tinkiseb it-tranżizzjoni tant meħtieġa għal ekonomija aktar ekoloġika. Se niżguraw li din it-tranżizzjoni tkun ġusta u għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha.

Se nkomplu naħdmu wkoll fuq prijoritajiet ta' politika oħrajn: il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, is-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-ikel, il-kwalità tal-arja u tal-ilma, l-użu ta' sustanzi kimiċi u pestiċidi – biex insemmu xi ftit. Se niskrutinizzaw ukoll mill-qrib l-implimentazzjoni tal-politiki li qbilna magħhom.

Fuq din il-paġna se ssib ħafna informazzjoni dwar il-Kumitat tagħna. Jien ninsab impenjat lejn l-ogħla livell ta' trasparenza sabiex jiżdiedu l-fehim u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini f'xogħolna.

Pascal Canfin
Kuntatti

Brussels Brussels