Abbozzi ta’ opinjonijiet


L-abbozz ta opinjoni huwa dokument imħejji mill-Membru li jkun inħatar rapporteur għal opinjoni, u li jiġi ppreżentat lill-kumitat għal opinjoni biex dan possibbilment jemendah, u wara jagħmel votazzjoni dwaru.
Fil-każ ta’ rapporti leġiżlattivi, l-abbozzi ta’ opinjonijiet jieħdu l-forma ta emendi għall-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni, akkumpanjati – fejn dan ikun f’loku – minn ġustifikazzjonijiet qosra. Fil-każ ta’ rapporti mhux leġiżlattivi, l-abbozzi ta’ opinjonijiet jieħdu l-forma ta suġġerimenti li, jekk jiġu adottati, jingħaddu lill-kumitat responsabbli għat-tfassil tar-rapport biex jiġu inklużi fih. Din il-paġna turi l-abbozzi ta opinjonijiet qabel ma l-kumitat għal opinjoni jagħmel votazzjoni dwarhom.
Uża l-funzjoni ta tiftix għall-abbozzi ta opinjonijiet kollha disponibbli.

ABBOZZ TA' OPINJONI dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

15-11-2019 IMCO_PA(2019)643178 PE643.178v01-00
IMCO

Anna CAVAZZINI

Skadenza għat-tressiq ta’ l-emendi : 11-12-2019

ABBOZZ TA' OPINJONI dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

22-07-2019 IMCO_PA(2019)639801 PE639.801v02-00
IMCO

Svenja HAHN

Skadenza għat-tressiq ta’ l-emendi : 25-07-2019