Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

The chair of the INTA Committee in front of the EU flag
INTA Committee Chair © European Union 2019 - EP
Merħba bik fil-websajt tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA).

Hawnhekk għandek issib l-aġendi u d-dokumenti ta' ħidma, kif ukoll dettalji dwar ir-rapporti u s-seduti ta' smigħ li għaddejjin.

Il-Parlament Ewropew jaqdi rwol deċiżiv fid-definizzjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni u jaġixxi bħala l-kuxjenza demokratika tagħha. Nevalwaw il-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment kollha tal-UE, niflu bir-reqqa l-ħidma tal-Kummissjoni qabel il-bidu tan-negozjati u matulhom, u flimkien magħha niddeċiedu dwar il-qafas ġuridiku li fih jista' jseħħ il-kummerċ. Il-ftehimiet kummerċjali u l-atti ġuridiċi jistgħu jidħlu fis-seħħ biss bl-approvazzjoni tal-PE.

Il-Kumitat imexxi wkoll id-dibattitu dwar is-sura futura tal-kummerċ internazzjonali u jaħdem favur ordni kummerċjali bbażat fuq ir-regoli. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġi rieżaminat kif il-kummerċ u l-investiment jiġu implimentati fil-prattika.

Sabiex inwettqu l-kompitu tagħna b'mod komprensiv u f'waqtu, ħloqna mekkaniżmi u gruppi ta' ħidma li jippermettu skrutinju fil-fond u diskussjonijiet miftuħa. Permezz tal-laqgħat u d-deliberazzjonijiet pubbliċi tagħna, għandna l-għan li nħallu liċ-ċittadini Ewropej isegwu l-politika kummerċjali u jieħdu sehem fid-dibattitu.
Ninsab ħerqan li nkompli ninsisti għal rwol attiv tal-PE fit-tfassil tal-politika kummerċjali tal-UE li għandha l-kummerċ ġust, is-sostenibbiltà u r-regolamentazzjoni ta' katini ta' valur mondjali fil-qalba tagħha.
Jekk ikollok xi mistoqsija dwar il-ħidma tal-Kumitat, nitolbok tikkuntattja lis-Segretarjat.

Bernd Lange
Data Protection in Committees

Dokumenti utli

Konferenza Parlamentari mad-WTO

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Links