Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

ITRE Committee Chair Christian Silviu Busoi during the meeting
ITRE-Chair-Christian-Silviu-Busoi.jpg © European Parliament
Merħba fis-sit web tal-Kumitat ITRE. Il-Kumitat tagħna jilleġiżla dwar diversi oqsma ta' politika importanti tal-Unjoni Ewropea, peress li huwa responsabbli għall-politika industrijali, il-politika tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika dwar l-ispazju, il-politika dwar l-enerġija u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda. Għalhekk, dak li nagħmlu għandu impatt dirett fuq il-ħajja taċ-ċittadini u għal din ir-raġuni rridu nużaw dawn is-setgħat biex irawmu u nġibu bidliet pożittivi. Jekk il-pandemija tal-COVID-19 urietna xi ħaġa, dan huwa li l-UE teħtieġ strateġija ta' politika industrijali ġenwina u aktar ambizzjuża li tiffoka fuq il-protezzjoni ta' ċerti setturi strateġiċi tal-ekonomija tagħna li huma essenzjali biex nipproteġu l-istil ta' ħajja tagħna u biex nipproteġu liċ-ċittadini tagħna. Barra minn hekk, jeħtieġ li niżguraw it-tranżizzjoni tas-sistemi tal-enerġija tagħna biex nilħqu l-għan strateġiku ta' dekarbonizzazzjoni. Huwa importanti li nkunu ta' ispirazzjoni għad-dinja, iżda daqstant ieħor huwa importanti li niżguraw li nkunu kompetittivi, inżommu s-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea u nħarsu l-impjiegi għaċ-ċittadini Ewropej.
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

ITRE Secretariat

Links