Dwarna

Kelmtejn ta’ merħba

SEDE Chair Nathalie Loiseau
SEDE Committee Chair © European Union 2019 - EP
Kuntest ġeostrateġiku diffiċli b'potenzi militari emerġenti, il-persistenza tat-theddida terroristika, kunflitti armati fil-viċinat immedjat, il-gwerra ibrida li qiegħda tikber u ċ-ċiberattakki kontra l-infrastrutturi strateġiċi tal-UE kkontribwew biex il-qasam tas-sigurtà u d-difiża jsir waħda mill-prijoritajiet assoluti fl-aġenda politika tagħha.

Bl-adozzjoni tal-Istrateġija Globali fl-2016, l-UE wittiet it-triq biex tqawwi r-rwol tagħha fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, kif jixtiequ għadd kbir ta' ċittadini Ewropej. Nibtu strumenti ġodda: il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, li tiġbor fiha 25 Stat Membru u tippermetti l-attwazzjoni tal-kunċett ta' mobilità militari fl-Ewropa u l-Fond Ewropew għad-Difiża. Dawn l-istrumenti huma għas-servizz tal-awtonomija strateġika Ewropea bil-għan li nkunu nistgħu nipparteċipaw b'mod sħiħ fl-alleanzi tagħna u niddefendu ruħna b'mod awtonomu kull meta jkun possibbli.

Il-missjoni tas-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża hija li jippermetti dibattitu pubbliku u skrutinju parlamentari approfonditi fir-rigward tal-azzjonijiet kollha tal-UE fil-qasam tal-PSDK, partikolarment f'termini ta' istituzzjonijiet, kapaċitajiet kif ukoll operazzjonijiet. Is-Sottokumitat SEDE biħsiebu jikkontribwixxi attivament fil-formulazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. L-iżvilupp tar-relazzjonijiet mas-sħab strateġiċi, partikolarment in-NATO u n-NU, kif ukoll ma' pajjiżi terzi li jiddefendu l-multilateraliżmu u ordni internazzjonali għas-servizz tal-paċi, se jkun ukoll fil-qalba tal-attivitajiet futuri tas-Sottokumitat SEDE.

Nathalie Loiseau
Protezzjoni tad-Data fil-Kumitati

Data Protection in Committees

Dokumenti utli

Setgħat u responsabilitajiet

Kuntatti

Brussels Strasbourg

Links