Lista tas-sejħiet għal offerti, sejħiet għall-espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal proposta
 

"Bi qbil mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa obbligat joħroġ sejħiet għall-offerti fir-rigward ta' kuntratti għall-akkwist ta' beni u servizzi.

F'każ ta' kuntratti li ma jilħqux ċerti limiti minimi tista' tinħareġ sejħa għall-offerti ristretta minn fost għadd limitat ta' fornituri li jintgħażlu wara sejħa għal espressjoni ta' interess."

"Is-sejħiet għall-offerti jiġu ppubblikati regolarment fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje S) u jistgħu jiġu kkonsultati online fuq id-database TED, li hi disponibbli mingħajr ħlas u tiġi aġġornata kuljum. L-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit tal-Parlament:
- tkun informali,
- normalment ma tkunx disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha,
- ma tagħtix garanzija li tkun eżawrjenti.

Bl-ebda mod ma tissostitwixxi l-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sejħiet għall-offerti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – serje S."