Assoċjazzjonijiet Parlamentari 

Bi qbil mar-Regolamenti li jiggvernaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet parlamentari (partiti tal-baġit 4400 u 4420), il-Parlament Ewropew jippubblika ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-approprjazzjonijiet inklużi fil partiti tal-baġit 4400 (in-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri Parlamentari) u 4420 (in-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea). Dawk l-approprjazzjonijiet huma maħsuba biex ikopru n-nefqa operazzjonali eliġibbli tal-assoċjazzjonijiet u n-nefqa għal attivitajiet relatati mal-politika tal-Unjoni Ewropea.

Isem u indirizz tal-assoċjazzjoni,

Assoċjazzjoni tal-Eks Membri tal-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew, Rue Wiertz 60, B-1047 Brussell

Skop tal-finanzjament:

Jiġu promossi r-relazzjonijiet bejn l-Eks Membri tal-Parlament u dawk attwali, bl-istabbiliment u bl-użu ta' netwerk tal-informazzjoni, billi l-Eks Membri jingħataw opportunitajiet biex jiltaqgħu, jkollhom forum għal laqgħat, diskussjonijet u avvenimenti kulturali, xjentifiċi u soċjali u u ukoll billi jiġu promossi l-kuntatti bejn organizzazzjonijiet simili oħrajn fl-Ewropa.

Assistenza teknika pprovduta mill-Parlament:

  • Faċilitajiet lingwistiċi li jinkludu l-interpretazzjoni f'massimu ta' ħames lingwi uffiċjali tal-Unjoni għal laqgħat ta' nofstanhar fil-bini tal-Parlament (għal seba' laqgħat b'interpretazzjoni fis-sena) u traduzzjoni ta' fuljetti, xi artikli għas-sit web u l-Bullettin, dokumenti għal-laqgħat, stediniet, testi amministrattivi u minuti tal-proċedimenti (b'kollox madwar 300 paġna tradotti fis-sena).
  • Il-provvista ta' faċilitajiet bħal kmamar għal laqgħat (8 fis-sena), ir-Restorant tal-Membri darbtejn fis-sena, "bureau de passage" permanenti għall-eks Membri fi Brussell u fi Strażburgu, kif ukoll tliet uffiċċji fi Brussell għall-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal, flimkien ma' tagħmir għall-uffiċċju, photocopiers, kompjuters, telefowns u erba' badges ta' aċċess.
  • Trainee wieħed/waħda (Traineeship Schuman).

Ammont mogħti (ammont finali)

2014 EUR 200.000
2015 EUR 200.000
2016 EUR 210.000
2017 EUR 210.000
2018 EUR 220.000
2019 EUR 230.000
2020 EUR 240.000
2021 EUR 250.000
2022 EUR 260.000

Ammont mogħti (ammont inizjali)

2022 EUR 260.000
2023 EUR 280.000
2024 EUR 300.000

Isem u indirizz tal-assoċjazzjoni,

Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea, 76 allée de la Robertsau, F- 67000 Strasburgu

Skop tal-finanzjament:

Azzjoni bħala forum - bl-organizzazzjoni ta' taħdidiet, serati ta' informazzjoni u avvenimenti kulturali - għall-Membri tal-Parlament u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jinħolqu kuntatti f'ambjent amikevoli sabiex tinżamm relazzjoni personali u ta' ħidma bejniethom u mar-rappreżentanti tal-ħajja pubblika. Kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew fit-twettiq ta' attivitajiet jew azzjonijiet ta' natura Ewropea.

Assistenza teknika pprovduta mill-Parlament:

Tliet karti ta' aċċess.

Ammont mogħti (ammont finali)

2014 EUR 200.000
2015 EUR 200.000
2016 EUR 210.000
2017 EUR 210.000
2018 EUR 220.000
2019 EUR 226.977
2020 EUR 209.378
2021 EUR 244.378

Ammont mogħti (ammont inizjali)

2022 EUR 260.000
2023 EUR 280.000