Awtorità 

Sa mill-1 ta' Jannar 2017 bdiet tapplika sistema ġdida ta' reġistrazzjoni għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ("ir-Regolament Nru 1141/2014") jistabbilixxi r-regoli ġodda li għandhom jiġu segwiti u jwaqqaf Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (l-"Awtorità").

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32014R1141 

L-Awtorità ġiet stabbilita għall-fini ta' reġistrazzjoni, kontroll u impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Is-sit web tal-Awtorità jista' jiġi kkonsultat f'dan l-indirizz http://www.appf.europa.eu