Dar

Preżentazzjoni u kompetenzi

Delegazzjoni Permanenti ad hoc għar-Relazzjonijiet mal-Iraq ilha stabbilita minn Frar 2008 bil-għan li tistabbilixxi djalogu regolari bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq. Iż-żewġ laqgħat interparlamentari, li seħħew f’Settembru 2008 fi Brussell u f’April 2009 fi Strażburgu, ikkontribwixxew bil-kbir għaż-żamma ta’ koperazzjoni kontinwa, billi ħolqu l-qafas neċessarju għal dibattiti miftuħa dwar kwistjonijiet prijoritarji, bħalma huma: is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Iraq u d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Familja, is-sigurtà u kwistjonijiet reġjonali, ir-rifuġjati u l-Assistenza ta’ Kooperazzjoni tal-UE. Jingħata interess lit-titjib fil-koperazzjoni: fl-edukazzjoni; fis-saħħa u l-ambjent; fl-ekonomija, fl-investiment u l-kostruzzjoni; fiż-żejt, il-gass u l-enerġija; u fl-iżvilupp parlamentari.
Bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009, l-istejtus tad-Delegazzjoni inbidel f’Delegazzjoni Permanenti għar-Relazzjonijiet mal-Iraq, b’laqgħa kostituttiva organizzata għat-30 ta’ Settembru 2009.