"F'ġimgħa biss aħna ddiżinnjajna maskra li tista' tiġi stampata b'mod 3D biex nindirizzaw in-nuqqas ta' maskri li hawn bħalissa“

Alexandr Maskri protettivi ddiżinnjati li jistgħu jiġu stampati b'mod 3D ic-Cekja, Praga

B'reazzjoni għan-nuqqas ta' tagħmir protettiv fir-Repubblika Ċeka kif ukoll barra minnha, Alexandr u l-kollegi riċerkaturi tiegħu tas-CIIRC CTU żviluppaw il-prototip għal maskra protettiva f'ġimgħa biss. Il-maskra protettiva "CIIRC RP95-3D", iddiżinnjata biex tiġi prodotta permezz ta' stampaturi 3D, għandha filtru P3 li jinbidel li joffri l-ogħla livell ta' protezzjoni. Din il-maskra ġiet ċertifikata u l-proġett, appoġġat mill-akkademiċi u li bbenefikat minn sponsors pubbliċi u privati, irċeviet finanzjament tal-UE wkoll.

"Aħna ngħinu lin-nies jibqgħu sikuri billi ngħinuhom ma jitilfux rashom“

Marie Tipprovdi appoġġ għas-saħħa mentali lill-iskejjel u lin-negozji ic-Cekja, Praga

Fit-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, is-saħħa fiżika hija naturalment ċentrali u hija l-enfasi ewlenija tal-isforzi, tal-ħin u tal-enerġija tal-Ewropej kollha. Iżda s-saħħa mentali qed tkun ukoll kawża ta' tħassib, hekk kif iċ-ċittadini madwar l-UE qed jiffaċċjaw livelli mingħajr preċedent ta' ansjetà u ta' iżolament, li jistgħu jwasslu għal ħsibijiet u mġiba depressivi. Marie u l-kollegi tagħha mill-NGO 'Nevypusť duši' (li tista' tiġi tradotta bħala "Ibża' għal moħħok") jorganizzaw kampanji, avvenimenti pubbliċi u workshops dwar is-saħħa mentali għall-iskejjel u n-negozji. Billi jiffukaw fuq l-edukazzjoni u l-prevenzjoni, huma jipprovdu informazzjoni dwar x'għandek tagħmel u kif tfittex l-għajnuna meta jkollok bżonnha. L-NGO torganizza live streams u webinars dwar is-saħħa mentali f'dawn iż-żminijiet diffiċli u toffri materjali u infografiċi biex tgħin lin-nies ikampaw minkejja l-istress, l-ansjetà, il-ħsibijiet depressivi u problemi oħra ta' saħħa mentali.

"Bħalissa, kollha kemm aħna għandna bżonn stejjer li jispiċċaw tajjeb“

Zuzana Taħdem ma' awturi u ma' nies famużi Ċeki biex tipprovdi stejjer għat-tfal fuq YouTube li jinqraw qabel ma jorqdu ic-Cekja, Praga

Sabiex tgħin lil ġenituri li qed jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom id-dar, Zuzana u l-kollegi tagħha tal-ħanut tal-kotba online Martinus.cz iddeċidew li jistaqsu lill-awturi u lil nies famużi Ċeki biex jirrekordjaw lilhom infushom qed jaqraw il-ħrejjef favoriti tagħhom. Kważi kulljum, tiżdied ħrafa ġdida fuq il-YouTube channel tal-ħanut tal-kotba, u b'hekk il-ġenituri jingħataw palata biex it-tfal tagħhom jorqdu sew u joħolmu sabiħ. Filwaqt li forsi nħossuna aktar mbegħda mis-soltu, irridu naħdmu aktar mill-qrib, aktar minn qatt qabel. Madwar l-Ewropa, pajjiżi, reġjuni u ċittadini bħal Zuzana qed ikunu proattivi biex jgħinu lill-komunitajiet tagħhom, filwaqt li l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea qed jagħmel disponibbli EUR 800 miljun biex jgħin lill-pajjiżi tagħna jiġġieldu l-coronavirus.