"Aħna fortunati li nistgħu nitkellmu ma' nies fil-pajjiż kollu“

Voluntiera ta' SnakSammen.dk Iżommu l-kuntatt soċjali permezz tal-pjattaforma ta' konverżazzjoni SnakSammen.dk Id-Danimarka, Copenhagen Id-Danimarka, Copenhagen

Huwa importanti għalina li nżommu d-distanza soċjali, iżda li ma nitilfux il-kuntatt soċjali. Għal dawk li qed iħossuhom waħedhom u m'għandhomx lil min ikellmu, il-ħajja fiż-żmien tal-pandemija tista' tkun diffiċli ħafna. Is-Soċjetà Daniża tas-Salib l-Aħmar u Boblberg (pjattaforma online fejn tista' tagħmel ħbieb ġodda b'mod sigur) b'hekk ħolqu pjattaforma ta' konverżazzjoni volontarja bl-isem SnakSammen.dk, li bil-Malti tfisser Nitkellmu Flimkien. In-nies li m'għandhomx lil min ikellmu jistgħu jibbukkjaw konverżazzjoni ma' voluntier tas-Salib l-Aħmar, u jitkellmu fuq kull ma jridu. "Jien vera fortunata li nista' nitkellem ma' nies min-naħat kollha tal-pajjiż," tgħid Jane, waħda mill-voluntiera. S'issa aktar minn elf ruħ ibbukkjaw konverżazzjoni ma' voluntiera u, minħabba s-suċċess tagħha, il-pjattaforma se tkompli topera anki wara li tintemm il-pandemija.

"L-aktar ħaġa importanti fil-ħajja hija l-valur li toħloq għal ħaddieħor“

Rasmus Jgħin lill-persuni affettwati mill-COVID-19 f'affarijiet ta' kuljum Id-Danimarka, Aalborg

Is-Salib l-Aħmar tad-Danimarka waqqaf network ta' 17,000 voluntier, li qegħdin fuq stand-by biex jgħinu lill-persuni affettwati mill-COVID-19 f'affarijiet ta' kuljum. Il-voluntiera jassistu lil dawk f'iżolament billi jixtrulhom ikel, joħorġu l-klieb għal passiġġati, u qadjiet oħra prattiċi. Rasmus Lundby huwa voluntier ta' dan it-tip, u kuljum hu u t-tifla tiegħu joħorġu l-kelb ta' mara li hija parti mill-grupp ta' riskju għoli. "Jien għalliem fi skola sekondarja, allura qed inqatta' ħafna ħin quddiem il-kompjuter u ngħallem b'mod virtwali. Iżda permezz tal-volontarjat, għandi l-possibbiltà li noħroġ u ngawdi x-xemx tar-rebbiegħa," jgħid. Għal Rasmus, il-volontarjat importanti ħafna, u dak l-ispirtu kollaborattiv huwa xi ħaġa li jixtieq jgħaddi lil bintu. "Għalija, l-aktar ħaġa importanti fil-ħajja huwa l-valur li toħloq għal ħaddieħor," jgħid. "Jien għalliem fi skola sekondarja, allura qed inqatta' ħafna ħin quddiem il-kompjuter u ngħallem b'mod virtwali. Iżda kultant, ikolli l-possibbiltà li noħroġ u ngawdi x-xemx tar-rebbiegħa, għax inkun ħriġt kelb għal passiġġata" jgħid. Għal Rasmus, il-volontarjat importanti ħafna, u dik hi xi ħaġa li jixtieq jgħaddi lil bintu. "Għalija, l-aktar ħaġa importanti fil-ħajja huwa l-valur li toħloq għal ħaddieħor," jgħid.