"L-impjegati u l-voluntiera tagħna qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu lill-membri u lil dawk kollha fil-bżonn“

Kinga Tipprovdi għajnuna u gwida lill-familji Ungeriżi biex jegħlbu l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi L-Ungerija, Budapest

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Familji Kbar fl-Ungerija (Rebbieħa tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew fl-2018) qed taħdem ħafna biex tgħin lill-familji jirreżistu l-konsegwenzi ekonomiċi tat-tifqigħa. "Aħna nżommu l-familji membri tagħna aġġornati dwar pariri legali u skontijiet. Nagħtu wkoll pariri dwar il-benesseri mentali, id-diffikultajiet finanzjarji u l-problemi relatati mat-tagħlim skolastiku mid-dar." L-assoċjazzjoni, li rċeviet għajnuna b'karità minn diversi kumpaniji madwar il-pajjiż, organizzat ukoll kompetizzjoni fotografika f'April. Hija ħeġġet lill-familji jiġbdu l-mumenti li jgħixu flimkien matul il-lockdown.

"L-esperjenza tagħna tgħallimna li rridu nkunu lesti għal dejjem aktar persuni li jispiċċaw mingħajr dar“

Ildi Tagħti għajnuna lill-persuni li l-aktar ikollhom bżonnha L-Ungerija, Budapest

Il-Budapest Bike Maffia saru eroj għal dawk mingħajr dar f'dil-belt mill-2011. Il-voluntiera tagħha jqassmu ikel, jipprovdu programmi skolastiċi, iżommu ġnien komunitarju u anki jagħtu lezzjonijiet tal-fotografija lil dawk fil-bżonn. In-normalità l-ġdida tal-COVID-19 irrikjediet li l-Maffia toħroġ b'azzjonijiet ġodda. "Aħna nsejħulha VitaminBoom," tgħid Ildi. "Inqassmu dożi ta' vitamini, frott, meraq tal-frott, ikel li jservi fit-tul, ikliet sħan u ilma lill-anzjani, dawk mingħajr dar u istituzzjonijiet ta' kura residenzjali. Aħna niffukaw fuq l-anzjani jew pazjenti b'sistema immunitarja dgħajfa. Nipprovdu wkoll maskri, deterġent jew ingwanti tal-gomma." Jum l-Omm kien tassew importanti għal dan il-grupp. Huma qassmu 400 pakkett lil ommijiet u nanniet.  Peress li ħafna persuni tilfu xogħolhom u x-xelters ingħalqu għal żmien indeterminat, il-Bike Maffia qed tistenna li l-għadd ta' persuni mingħajr dar jiżdied. Ħaġa waħda hija ċerta: huma se jagħmlu kull ma jistgħu biex jgħinu.