Kif taħdem l-Unjoni Ewropea

Kif taħdem l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea għandha l-poteri leġiżlattivi u eżekuttivi tagħha, kif ukoll sistema ġudizzjarja indipendenti u Bank Ċentrali. Dawn huma appoġġjati u kkomplementati minn grupp ta' istituzzjonijiet u korpi, li s-setgħat ikkonferiti lilhom joħorġu mit-Trattati fundaturi. Is-setgħat tal-Unjoni evolvew ħafna matul is-snin permezz ta' Trattati suċċessivi, kif għamlu wkoll il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet, li l-Parlament u l-Kunsill issa jsegwu meta jilleġiżlaw dwar il-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE. Sabiex twettaq l-għanijiet tagħha, l-Unjoni għandha wkoll il-baġit proprju tagħha. It-Trattat ta' Lisbona ta lill-Parlament l-istess saħħa tal-Kunsill biex jiddeċiedi dwar il-baġit sħiħ tal-UE u l-qafas finanzjarju pluriennali.