Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Dar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA, KIF JELEĠĠU…
  1. IL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA
    1.   Wara li jikkunsidra r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej, il-President tal-Kunsill Ewropew jikkonsulta mal-PE fuq il-kandidat possibbli għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni.
    2.   Wara konsultazzjonijiet xierqa, il-President tal-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat lill-Kunsill Ewropew.
    3.   Il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi fuq din il-proposta ta' kandidat b'maġġoranza kwalifikata.
    4.   Il-ħatra tal-President tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew b'maġġoranza tal-membri li jiffurmaw il-Parlament (minn tal-anqas 376)
    DMIRIJIET
    • Imexxi il-Kummissjoni Ewropea, li hija l-korp eżekuttiv tal-UE
    • Jistabbilixxi l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni
    • Isejjaħ u jippresedji l-laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji
    • Imexxi l-ħidma tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE
  2. KUMMISSARJI NNOMINATI U L-PORTAFOLJI
     

    Il-Kunsill jaħtar is-27 kummissarju nnominat bi ftehim mal-President elett tal-Kummissjoni.

    Il-President tal-Kummissjoni jinkariga kull kummissarju, wieħed minn kull pajjiż tal-UE, minn qasam ta' politika speċifika.

    Il-Kummissjoni kollha hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

  3. SEDUTI

    Kull kandidat jiġi evalwat mill-kumitati tal-PE li jittrattaw il-portafoll tiegħu/tagħha.

      1)Proċedura bil-miktub: Il-kandidat nominat għandu jipprovdi risposti bil-miktub għal ħames mistoqsijiet magħmula mill-MPE.

    2) Il-kumitati tal-PE responsabbli mill-portafoll jattendu wkoll is-seduta tas-smiegħ ta' tliet sigħat li tkun imxandra direttament onlajn. Il-kandidat jagħmel diskorts tal-ftuħ ta' massimu ta' 15 -il minuta u wara għandu jirrispondi għall-mistoqsijiet.

    3) Laqgħa ta' evalwazzjoni: Il-kumitat responsabbli għandu jiffinalizza l-evalwazzjoni tiegħu fi żmien 24 siegħa wara s-seduta. Il-kumitat jista' jitlob aktar informazzjoni bil-miktub.  

    4) Rapport ta’ valutazzjoni fuq kull Kummissarju nnominat jintbagħat lill-Presidenti tal-Konferenza tal-Kumitati u l-Konferenza tal-Presidenti tal-PE, li, sakemm ma tiddeċidix li tfittex aktar informazzjoni u wara li tkun qasmet il-fehmiet tagħha, tiddikjara s-seduta magħluqa.

  4. IL-VOT TAL-INVESTITURA

    Il-President tal-Kummissjoni, imbagħad, jippreżenta lit-tim tiegħu/tagħha u l-prijoritajiet politiċi waqt sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew. Wara dibattitu, il-MPE jiddeċiedu, b’maġoranza tal-voti mitfugħa, jekk jappoġġjawx l-Kulleġġ il-ġdid tal-Kummissarji għal mandat ta’ ħames snin.

  5. IL-KUMMISSJONI L-ĠDIDA

    Il-Kummissjoni Ewropea tista' tibda l-mandat ta' ħames snin tagħha wara li tkun ġiet approvata mill-Parlament u maħtura mill-Kunsill.