skip to content
 
 
 

Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata

Diskussjoni pubblika mal-MPE David Casa

15-02-2019

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta qed jorganizza diskussjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-UE rigward il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Preżenti għad-diskussjoni ser ikun il-MPE David Casa, li mexxa n-negozjati mal-Kunsill, f’isem il-Parlament.

Jekk tixtieq tingħaqad magħna, irreġistra permezz tas-sit https://malta.diddarbasenivvota.eu/190215_mt_valletta_bilan jew billi tibgħat imejl bl-isem, kunjom, u n-numru tal-karta tal-identità ta’ min ser jattendi lil epvalletta@ep.europa.eu.

Id-dħul huwa b’xejn u l-ispazju huwa limitat. Jingħata prijorita' min jirreġistra. Id-diskussjoni ser tkun bil-Malti u wara ser ikun hemm riċeviment.

Ikollna ċ-ċans ukoll nitħaddtu fuq l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, fuq il-kampanja 'did-darba se nivvota' u tkun tista' wkoll tiltaqa' ma' voluntiera oħra li qed jaħdmu sabiex imexxu din il-kampanja. Waqt dan l-avveniment, ser jittieħdu filmati u ritratti.