Dace MELBĀRDE
Dace MELBĀRDE

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani)

Membru

il-Latvja - Partija "VIENOTĪBA" (il-Latvja)

Data tat-twelid : , Riga

Curriculum vitae Dace MELBĀRDE

Verżjoni oriġinali : LV


Curriculum vitae   (Il-Membru Parlamentari hija esklużivament responsabbli għall-informazzjoni pubblikata)

Aġġornata: 05/02/2024

Edukazzjoni (kwalifiki u diplomi)

  • 2019-2020 : L-Akkademja tal-Kultura Latvjana. Programm PhD fit-Teorija tal-Kultura. Tema tar-riċerka: “Il-primazija tal-kultura fl-era diġitali”.
  • 1998-2001 : L-Università tal-Latvja. Fakultà tal-Ekonomija u l-Maniġment. Programm Master fil-Maniġment Pubbliku.
  • 1994-1996 : L-Akkademja tal-Kultura Latvjana. MA fit-Teorija tal-Kultura.
  • 1990-1994 : L-Università tal-Latvja. Fakultà tal-Istorja u l-Filosofija. Baċellerat fl-Istorja.

Karriera professjonali

  • 2022-... : President tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Kultura Latvjana.
  • 2012-2016 : Kap tad-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja. Kumitat Intergovernattiv tal-UNESCO għall-Konservazzjoni tal-Wirt Kulturali Intanġibbli.
  • 2011-2013 : Direttur taċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kultura Latvjana.
  • 2009-2011 : Persuna responsabbli nazzjonali għall-British Council tal-Latvja.
  • 2006-2007 : L-Istitut kulturali tal-Latvja. Għalliema.
  • 2005-2007 : Istitut Universitarju tal-Ekonomija u l-Kultura, il-Latvja. Għalliema.
  • 2004-2009 : Sottosegretarju tal-Istat dwar Kwistjonijiet ta’ Politika Kulturali fil-Ministeru Latvjan għall-Kultura.
  • 1999-2004 : Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Nazzjonali Latvjana għall-UNESCO.
  • 1996-1999 : Ċentru Nazzjonali ta’ Inizjattiva għaż-Żgħażagħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza. Viċi Direttur.
  • 1994-1996 : Direttur taċ-Ċentru Kulturali tal-Akkademja tal-Pulizija Latvjana.
  • 1992-1995 : Il-Mużew Latvjan dwar il-Gwerra. Esperta prinċipali dwar l-informazzjoni u l-edukazzjoni pubblika.

Karriera politika

Kariki fi gvern nazzjonali

  • 10/2013-06/2019 : Ministru għall-Kultura tar-Repubblika tal-Latvja.

Kariki f'istituzzjonijiet tal-UE

  • 06/2019 : Membru tal-Parlament Ewropew, Viċi President tal-Kumitat KULT, Viċi President tal-Kumitat INGE. Sostitut fi ħdan il-Kumitati ENVI, ITRE u SEDE.

Kariki f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn

  • 10/2013-11/2013 : President tal-Kummissjoni għall-Kultura matul is-37 sessjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO fl-2013.
  • 2013-2019 : President tal-Kummissjoni Nazzjonali Latvjana għall-UNESCO.

Attivitajiet oħrajn

  • 2014-2019 : President tal-Kunsill tal-Festival tal-Kant u ż-Żfin.
  • 2006-... : Espert għall-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali Latvjan.
  • 2007-2008 : Esperta għall-grupp ta’ ħidma dwar l-istrateġija għall-kultura ta’ Liepaja.
  • 2006-2008 : Membru tal-Kunsill Artistiku tal-Festival Latvjan tal-Kant u ż-Żfin.
  • 2005-2007 : Membru tal-Kunsill “Edukazzjoni għal Kulħadd” fi ħdan il-Kabinett tal-Ministri.
  • 2003-2005 : President tal-Kunsill għall-Protezzjoni u l-Iżvilupp taċ-Ċentru Storiku ta’ Riga.
  • 2002-2003 : President tal-grupp ta’ ħidma “Edukazzjoni għal Kulħadd” fir-reġjun tal-Baħar Baltiku.
  • 1999-2004 : Membru tal-Kunsill Artistiku tal-Festival Latvjan tal-Kant u ż-Żfin għat-tfal tal-iskola u ż-żgħażagħ.
  • 1999-2003 : Konsulent għall-kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ għad-Distrett tat-Tramuntana ta’ Riga.
  • 1993-... : Membru tal-assoċjazzjoni ta’ studenti nisa “Daugaviete”.

Dekorazzjonijiet

  • Rikonoxximent mogħti mill-Prim Ministru għall-kontribut tagħha fl-organizzazzjoni taċ-ċentinarju tal-Istat Latvjan.
  • Premju Onorarju għall-Kultura mogħti mill-Federazzjoni Dinjija tal-Latvjani Ħielsa għall-appoġġ kontinwu u l-kontribut ambizzjuż fit-tisħiħ tal-kultura Latvjana madwar id-dinja (2017).
  • Ordni tat-Tliet Stilel, it-tielet klassi (2013).
  • Premju Spīdola mogħti mill-Fondazzjoni Kulturali Nazzjonali għall-eċċellenza fl-azzjoni tagħha ta’ ġestjoni tal-kultura (2005).
  • Finalista tal-kompetizzjoni dinjija “Ten Outstanding Young Persons” organizzata mill-Junior Chamber International (JCI) u rebbieħa tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-kategorija “Kisbiet fil-qasam tal-Kultura” (2005).
  • Premju mogħti mill-President tal-Parlament tar-Repubblika tal-Latvja għall-kontribut mogħti fl-organizzazzjoni tal-Festival għat-Tfal tal-Iskola u ż-Żgħażagħ tal-Kant u ż-Żfin Latvjani (2005).
  • Premju mogħti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja għall-kontribut tagħha fil-bini tal-Istat Latvjan (2002).
  • Premjijiet mogħtija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tar-Repubblika tal-Latvja għall-kontribut tagħha fl-iżvilupp tal-politika għaż-żgħażagħ fil-Latvja (1999 u 2000).

Kuntatt

Bruxelles

Parlement européen
Bât. ALTIERO SPINELLI
14E169
60, rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Bruxelles/Brussel
Strasbourg

Parlement européen
Bât. LOUISE WEISS
T10026
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex