Il-Parlament lest biex jiddirieġi l-fondi tal-UE lejn dawk affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-PE lest biex jiddirieġi l-fondi tal-UE lejn dawk l-aktar affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus  

Il-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali huwa lest isib l-aktar mod effettiv biex l-Inizjattiva ta' Investiment b'Rispons għall-Coronavirus tiġi adottata u implimentata malajr.

Il-President tal-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali, Younous Omarjee (GUE/NGL, FR) qal: “L-Ewropa trid turi s-solidarjeta  issa stess.  Il-politika ta' koeżjoni hija parti waħda mas-solidarjeta, u dan issa aktar minn qatt qabel.  Jeħtieġ li din il-politika tgħin biex tingħeleb din l-isfida.  Il-kumitat ser jagħmel dak kollu li jista' biex jiġi żgurat li l-flus tal-UE ikun disponibbli fejn ikun l-aktar meħtieġ”.

Il-passi li jmiss

L-emenda tar-regoli dwar il-fondi tal-UE ssir skont il-pro1edura ta' kodeċiżjoni, jiġifieri li kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew iridu jadottaw il-bidliet.  Il-bureau tal-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali ser jiddiskutu l-proċedura u jħabbru l-passi li jmiss kemm jista' jkun malajr.  Il-kumitat ser jipprova jikkonkludi l-iskrutinju tiegħu tal-proposti kemm jista' jkun malajr.

L-adozzjoni tal-bidliet għandha tippermetti li l-finanzjament jiġi direzzjonat lejn iż-żoni u s-setturi l-aktar milquta.