Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Novembru 2023
EPUB 155kPDF 814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 6 : PROĊEDURI BAĠITARJI

Artikolu 99 : Kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura għall-għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit skont id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ("Regolament Finanzjarju") huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness (2).

(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Ara l-Anness V.
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza