Paġna prinċipali 

Roberta Metsola

Il-President tal-Parlament Ewropew
 

See tweet on Twitter

Jiena umilment onorata bir-responsabbiltà mogħtija lili bħala President tal-Parlament Ewropew. Id-Dar tad-Demokrazija tagħna se tkompli tiddefendi l-valuri Ewropej tagħna u l-Ewropa tagħna. Dan il-proġett huwa ta' kull wieħed u waħda minna.

 

Elezzjoni tal-President tal-Parlament: diskors ta' Roberta Metsola, li għadha kif ġiet eletta President

Segwi l-President fuq il-midja soċjali

 
/files/live/sites/president/files/newsroom/2024/04/16-la-hulpe/20240416-la-hulpe.jpg        
Diskors

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jgħolli l-komunitajiet tagħna u jindirizza l-inugwaljanzi storiċi u interġenerazzjonali Illum f’La Hulpe, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ffirmat id-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Ewropa Soċjali. Fid-diskors tagħha, hija qalet: "Il-passi li jmiss se jkunu definiti dwar kemm aħna kapaċi nsaħħu l-kompetittività tal-Ewropa permezz ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb u produttività ogħla bbażata fuq l-innovazzjoni, il-ħiliet, l-għarfien u l-ġustizzja. Ekonomija kompetittiva, sostenibbli u inklużiva b'livell għoli ta' impjiegi ta' kwalità flimkien ma' xbieki ta' sikurezza soċjali hija l-bażi għall-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew, li jikkontribwixxi wkoll għal konverġenza ekonomika u soċjali aħjar."

/files/live/sites/president/files/newsroom/2024/04/11-roma/20240411-roma.jpg        
Diskors

Matul is-Sessjoni Plenarja, il-Parlament Ewropew fakkar il-Jum Internazzjonali tar-Roma. Fid-diskors tagħha, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li nies Roma li jgħixu fi ħdan il-fruntieri tal-Unjoni tagħna għandhom igawdu l-istess drittijiet, l-istess trattament iżda wkoll, l-istess opportunitajiet, l-istess ċansijiet bħal kull ċittadin Ewropew ieħor.

/files/live/sites/president/files/newsroom/2024/04/10-king-belgium/20240410-king-belgium.jpg        
Diskors

Hi u tilqa' lill-Maestà Tiegħu r-Re tal-Belġjani, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Belġju kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-Unjoni tagħna, dejjem ħares l-ideali Ewropej u favur il-valuri Ewropej.

 
  •  
    Aġenda 
    • il-Ġimgħa, April 19, 2024  

      Attivitajiet  

      Il-President Metsola f'Liżbona, l-Portugall (ħinijiet lokali)

      11:45 Il-President Metsola tiltaqa' mal-President tal-Assemblea tar-Repubblika tal-Portugall José Pedro Aguiar-Branco
      13:45 Il-President Metsola tiltaqa' mal-President tal-Portugall Marcelo Rebelo de Sousa
      14:30 Il-President Metsola tiltaqa' mal-Prim Ministru tal-Portugall Luís Montenegro
      15:00 Il-President Metsola u l-Prim Ministru Montenegro jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet

 
Kuntatt 
Roberta Metsola
Il-President tal-Parlament Ewropew

Brussels

Parlament Ewropew Paul-Henri SPAAK 09B011 60, rue Wiertz 1047 Brussels Belgium

Brussels

 
/files/live/sites/president/files/home-page/call-to-action-background.jpg        
 

X'qed tagħmel għalija l-Ewropa   

L-Ewropa kif taffettwak? Kif tagħmel impatt fuq l-impjieg tiegħek, il-familja tiegħek, il-kura tas-saħħa tiegħek...? Skopri l-impatt pożittiv tal-Unjoni Ewropea fuq ir-reġjun tiegħek u fil-ħajja ta' kuljum tiegħek.

Patroċinju  

Il-patroċinju huwa mod kif il-Parlament Ewropew jagħti l-appoġġ morali u mhux materjali tiegħu għal numru magħżul ta' avvenimenti ta' kwalità mingħajr skop ta' qligħ u b'dimensjoni Ewropea ċara.