Il-Kumitat tar-Reġjuni

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-11-2023

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinkludi 329 membru li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa joħroġ opinjonijiet li jintalbu fil-każijiet tal-konsultazzjoni obbligatorja (kif meħtieġ mit-Trattati) u fil-każijiet ta’ konsultazzjoni volontarja, u, fejn ikun xieraq, joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-membri tiegħu mhuma marbuta b’ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw dmirijiethom b’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea.