Il-moviment liberu tal-merkanzija

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

Il-moviment liberu tal-merkanzija ssaħħaħ permezz tal-eliminazzjoni tad-dazji doganali kif ukoll ta’ ostakli mhux tariffarji oħra. Prinċipji bħar-rikonoxximent reċiproku u l-istandardizzazzjoni komplew javvanzaw is-suq intern. Il-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid tal-2008 saħħaħ il-moviment tal-merkanzija, is-sorveljanza tas-suq tal-UE, u l-markatura CE (Konformità Ewropea). Madankollu, għadhom jeżistu sfidi għall-armonizzazzjoni tas-suq intern tal-UE, peress li l-pandemija tal-COVID-19 u fatturi oħra għadhom jistgħu jostakolaw il-moviment liberu sħiħ tal-merkanzija.