L-għajnuna umanitarja

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-05-2023

L-għajnuna umanitarja hija qasam tal-azzjoni esterna tal-UE li tirrispondi għall-ħtiġijiet f’każ ta’ diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej tal-Kummissjoni jiffinanzja operazzjonijiet ta’ sokkors u jikkoordina l-politiki u l-attivitajiet tal-Istati Membri. Il-Parlament u l-Kunsill jaġixxu bħala koleġiżlaturi fit-tiswir tal-politika tal-UE dwar l-għajnuna umanitarja u jieħdu sehem fid-dibattitu globali dwar azzjoni umanitarja aktar effikaċi.