Il-qafas tal-UE għall-politiki fiskali

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-qafas jeħtieġ ikun wieħed sod biex kemm jista’ jkun jiġu evitati finanzi pubbliċi insostenibbli. Fi tmiem l-2011 daħlet fis-seħħ riforma (parti mis-“Six Pack”) li temenda l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST). Riforma oħra f’dan il-qasam ta’ politika, it-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG), inkluż il-Patt Fiskali, daħlet fis-seħħ fil-bidu tal-2013. Barra minn hekk, f’Mejju 2013 daħal fis-seħħ regolament dwar il-valutazzjoni tal-abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji nazzjonali (parti mit-“Two Pack”). Fis-26 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha għar-riforma tal-governanza ekonomika tal-UE.