It-Trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-11-2023

It-Trattat ta' Maastricht immodifika t-trattati Ewropej preċedenti u ħoloq Unjoni Ewropea bbażata fuq tliet pilastri: il-Komunitajiet Ewropej, il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI). Bil-ħsieb tat-tkabbir tal-Unjoni, it-Trattat ta' Amsterdam introduċa l-bidliet meħtieġa biex jiġi assigurat funzjonament aktar effiċjenti u demokratiku tal-Unjoni.