It-Trattat ta' Nizza u l-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-11-2023

It-Trattat ta' Nizza ħejja lill-Unjoni Ewropea b'mod parzjali biss għat-tkabbir importanti tal-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Jannar 2007 lejn il-Lvant u n-Nofsinhar. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kwistjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni ta' Laeken, il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa għamlet sforz biex titfassal bażi ġuridika ġdida għall-Unjoni fl-għamla ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Wara l-eżitu negattiv ta' referendum f'żewġ Stati Membri, dan it-Trattat ma ġiex ratifikat.