Il-Parlament Ewropew: proċeduri elettorali

01-02-2018

Il-proċeduri għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma rregolati kemm mil-leġiżlazzjoni Ewropea li tiddefinixxi regoli komuni għall-Istati Membri kollha kif ukoll mid-dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Id-dispożizzjonijiet komuni jistabbilixxu l-prinċipju ta' rappreżentanza proporzjonali, ir-regoli dwar limiti u ċerti inkompatibbiltajiet mal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Ħafna kwistjonijiet importanti oħra, bħal pereżempju s-sistema elettorali eżatta u n-numru ta' kostitwenzi, jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali.