Id-dħul tal-Unjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Il-baġit tal-UE huwa ffinanzjat kważi kollu (’il fuq minn 90%) minn riżorsi proprji. Id-dħul annwali jrid ikopri kompletament in-nefqa annwali. Is-sistema tar-riżorsi proprji hija deċiża mill-Kunsill fuq bażi ta’ unanimità, wara li titqies l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, u teħtieġ ir-ratifika tal-Istati Membri. Riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji magħmula minn żewġ pakketti ta’ riżorsi proprji ġodda ġiet proposta mill-Kummissjoni fl-2022 u l-2023.