L-infiq tal-UE

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-05-2023

L-infiq tal-baġit huwa approvat b’mod konġunt mill-Kunsill u mill-Parlament. Il-baġit annwali tal-UE jrid jirrispetta l-limiti massimi tal-infiq maqbula fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal intestaturi differenti, jiġifieri l-kategoriji ta’ nefqa differenti, bħalma huma dawk dwar is-suq uniku, il-koeżjoni u r-riżorsi naturali. L-istrumenti ta’ flessibbiltà jiżguraw li l-UE tkun tista’ tirreaġixxi f’każ ta’ ħtiġijiet mhux previsti. L-użu tal-garanziji baġitarji u tal-istrumenti finanzjarji joħloq effett ta’ lieva fir-rigward tal-infiq tal-UE. Minbarra l-QFP, l-infiq totali tal-UE għall-perjodu 2021-2027 jinkludi l-istrument temporanju għall-irkupru Next Generation EU, li se jgħin lill-ekonomija tal-UE tirkupra mill-kriżi tal-COVID-19.