Il-ġlieda kontra l-frodi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

L-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kontroll baġitarju hija bbażata fuq żewġ prinċipji: minn naħa waħda, l-iżgurar li l-baġit tal-UE jintefaq kif suppost u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni flimkien mal-ġlieda kontra l-frodi. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jinvestiga l-frodi fir-rigward tal-baġit tal-UE, il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina serja u jiżviluppa politika kontra l-frodi. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja reati kontra l-baġit tal-UE.