Il-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

Il-miżuri Ewropej għall-ħarsien tal-konsumatur huma maħsuba biex jipproteġu s-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi Ewropej, kull fejn jgħixu, jivvjaġġaw jew jixtru fl-UE. Id-dispożizzjonijiet tal-UE jirregolaw kemm it-tranżazzjonijiet fiżiċi kif ukoll il-kummerċ elettroniku, u fihom regoli ta’ applikabbiltà ġenerali flimkien ma’ dispożizzjonijiet għal prodotti speċifiċi, inklużi l-mediċini, l-organiżmi ġenetikament modifikati, il-prodotti tat-tabakk, il-kożmetiċi, il-ġugarelli u l-isplussivi.