Mediċini u Tagħmir Mediku

01-02-2018

Il-mediċini u l-apparat mediku huma soġġetti għar-regoli tas-suq uniku u għandhom impatt dirett fuq is-saħħa tan-nies. Hemm qafas legali sod fis-seħħ biex tiġi protetta s-saħħa pubblika u tiġi garantita s-sikurezza ta' dawn il-prodotti. Dan ikopri ċ-ċiklu kollu, mill-provi u t-testijiet, sal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, għas-sorveljanza u l-ġbir lura. L-aċċess għal mediċini affordabbli, il-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika, it-tmexxija etika tal-provi kliniċi, u l-inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp huma biss uħud mill-kwistjonijiet ewlenin li l-UE tittratta f'dan il-qasam. Sabiex jinżamm il-pass mal-progress xjentifiku u teknoloġiku u jingħata rispons għat-theddid emerġenti għas-saħħa, il-miżuri leġiżlattivi u ta' politika huma soġġetti għal evalwazzjoni u segwitu regolari.