Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u t-Trattat

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Ruma, il-politiki agrikoli tal-Istati Membri ġew sostitwiti b’mekkaniżmi ta’ intervent fil-livell Komunitarju. Mit-Trattat ta’ Ruma ’l hawn, is-sisien tal-Politika Agrikola Komuni baqgħu kif kienu, ħlief għar-regoli relatati mal-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Permezz tat-Trattat ta’ Liżbona, il-kodeċiżjoni saret il-“proċedura leġiżlattiva ordinarja” tal-PAK, u ħadet post il-proċedura ta’ konsultazzjoni.