Il-Ftehim tad-WTO dwar il-Biedja

01-04-2018

Is-sistemi ta' appoġġ nazzjonali tal-agrikoltura huma regolati mill-Ftehim dwar il-Biedja, li daħal fis-seħħ fl-1995 u li ġie nnegozjat waqt iċ-Ċiklu tal-Urugwaj (1986-1994). L-objettiv fuq żmien twil ta' dan il-Ftehim huwa li tiġi stabbilita sistema ekwa ta' skambju ta' prodotti agrikoli u li tkun orjentata lejn is-suq, kif ukoll biex jinbeda proċess ta' riforma permezz tan-negozjati tal-impenji dwar l-appoġġ u l-protezzjoni, u permezz tal-istabbiliment ta' regoli u reġimi rigorużi aktar effikaċi fil-livell operazzjonali. Il-biedja hija għalhekk settur partikolari f'dan is-sens, tant li jirrikjedi ftehim speċjali, b'dispożizzjonijiet li jkollhom prevalenza.