L-Unjoni Ewropea u l-foresti

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-11-2023

Peress li t-Trattati ma jsemmux il-foresti b’mod speċifiku, l-Unjoni m’għandhiex politika forestali komuni. Għalhekk, din tibqa’ primarjament kompetenza nazzjonali. Madankollu, l-UE stabbiliet strateġija Ewropea għall-foresti u tappoġġja ħafna azzjonijiet li għandhom impatt sinifikanti fuq il-foresti fl-UE u fil-pajjiżi mhux tal-UE.