Il-ġestjoni tas-sajd tal-UE

Skedi Informattivi dwar l-UE 11-12-2023

Il-ġestjoni tas-sajd taħt il-politika komuni tas-sajd (PKS) hija msejsa fuq il-bżonn li jiġi żgurat l-isfruttament ambjentali sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-vijabilità fit-tul tas-settur. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Unjoni Ewropea adottat leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-ibħra tal-UE, l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi, il-qabdiet totali permissibbli, il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u miżuri tekniċi.